Il-Prim Imħallef Mark Chetcuti ma laqax it-talba għar-revoka tal-permess tal-bini għar-residenza tal-Ministru Ian Borg, fir-Rabat wara li ma laqax l-appell li t-tribunal b’xi mod kien interpreta l-liġi ħażin.
L-appell tressaq minn Noel Ciantar tmien xhur ilu fejn qal li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet permess mhux kont il-liġi għar-residenza ta’ Borg biswit il-propjetà tiegħu.
Il-Prim Imħallef qal li ma jara l-ebda raġuni għaliex ir-raġuni tat-tribunal kellha tinbidel wara li l-permess għall-bini kien ħareġ lura fl-2014.