Azzjoni f’waqtha tal-Pulizija evitat serqa minn ġol-knisja tal-Marsa.
ONE News jinsab infurmat li l-Erbgħa filgħaxija għall-ħabta tat-tmienja u nofs, il-Pulizija tad-Distrett tal-Marsa semgħu xi ħġieġ jinkiser minn mal-faċċata tal-knisja tal-Marsa.
Aktar tard irnexxielha taqbad raġel li, allegatament, tela’ fuq l-iscaffolding li hemm mal-faċċata tal-knisja biex jipprova jikseb aċċess għal fuq ġewwa tal-knisja bl-intenzjoni li jwettaq serqa.
Il-Pulizija tad-Distrett, mgħejjuna mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, daħlu fil-knisja biex jagħmlu spezzjoni fuq ġewwa.
B’xorti tajba, ir-raġel ma laħaqx kiseb aċċess għal ġewwa u b’hekk ma nsteraq xejn.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin min-naħa tad-Distrett u r-raġel qed jinżamm taħt arrest.