Tifla Iżraeljana ta’ erba’ snin kienet waħda mis-sbatax-il ostaġġ li nħeles mill-Grupp Militanti tal-Hamas nhar il-Ħadd.
Avigail Idan, kien għad kellha biss 3 snin meta’ fis-7 ta’ Ottubru ttieħdet bħala ostaġġ minn darha stess. Sfortunatament il-ġenituri tagħħa mietu waqt l-istess attakk.
Intant, il-Hamas qed tikkunsidra testendi l-waqfa temporanja mill-ġlied bejn il-Lhud u l-Palestinjani għal iktar minn erbat ijiem u qalet li se żżid in-numru ta’ ostaġġi li għandhom jiġu meħlusa.
Il-Prim Ministru Iżraeljan qal li l-ftehim oriġinali jista’ jiġi estiż però emfasizza li dak mistenni għal Gaza mhux se jieqaf imma se jkompli bil-qawwa kollha.
Intqal ukoll li llum aktar ostaġġi u priġunieri għandhom ikomplu jinħelsu.
Sa issa l-attakki mill-Hamas qatlu 1,200 persuna, b’iktar minn 240 maħtufa bħala ostaġġi.
Fil-fatt il-Ministeru tas-Saħħa mmexxi mill-Hamas qal li mis-7 ta’ ottubru mietu iktar minn 14,500 Palestinjan.