Raġel ta’ 39 sena li joqgħod ir-Rabat weġġa’ gravi wara li nqaleb bil-mutur fiż-Żurrieq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħaxija fi Triq il-Qrendi.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur Yamaha li kien qed isuq u nqaleb.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.