L-Italja rebħu t-Tazza Davis tat-Tennis wara 47 sena. Dan hekk kif fil-finali li saret f’Malaga huma għelbu lill-Awstralja 2-0.
Kien Lorenzo Arnaldi li rebaħ l-ewwel logħba kontra Alexei Popyrin f’logħba kumbattuta bi skor ta’ 7-5, 2-6, 6-4
Imbgħad kien imiss lil Jannik Sinner li bla tant tbatija għeleb lil Alex De Minaur 6-3, 6-0
Is-suċċess tal-lum jikkonferma l-mument tad-deheb li għaddejjin it-taljani fit-tennis internazzjonali l-aktar grazzi għal Jannik Sinner, li bħalissa jinsab irrenkjat fir-raba’ post fid-dinja u li ġimgħa ilu wasal sal-finali tal-ATP Tour kontra Novak Djokovic.
Jannik Sinner waqt il-finali tiegħu (Ritratt: AFP)