Qed jiġi żviluppat chatbot ta’ konverżazzjoni bil-Malti biex jintuża fis-setturi bankarji, finanzjarji, tal-investimenti u l-assigurazzjoni, permezz ta’ kollaborazzjoni internazzjonali b’uffiċini fil-Gozo Innovation Hub.
Dan il-proġett bl-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali, se jara ChatBot avvanzat, li jikkomunika mal-klijenti bil-Malti.
Il-lingwa Maltija se tkun l-ewwel waħda f’dan il-proġett, bl-isem ta’ ‘The New era of Chatbot’, li qed jirċievi l-appoġġ mill-Malta Enterprise.
Dan il-proġett li jammonta għal €3 miljun, jirrappreżenta kollaborazzjoni strateġika bejn Cartesio Ltd u l-Università ta’ Malta, bi sħubija mal-AI u l-cloud technology enablers Noovle International.
Il-Ministru Miriam Dalli, elenkat għall-importanza ta’ ekonomija bbażata fuq l-għarfien.
Qalet, “Din hija l-viżjoni tagħna għall-ekonomija tal-pajjiż. Irridu ekonomija li hija bbażata, fuq l-għarfien, fejn nagħtu importanza qawwija lis-sostenibbilità ambjentali u lid-diġitalizzazzjoni.”
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri stqarr li din il-kumpanija bbażata f’Għawdex timxi id f’id mal-istrateġija tal-Gvern, biex aktar kumpaniji fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni jimirħu f’Għawdex.
Stqarr, “Nedejna l-ewwel Chatbot Malti, maħdum hanwhekk, u bbażat minn ġol-gżira t’Għawdex. Xi ħaġa li tmur paripassu, mal-istrateġija li nieda l-Gvern għal Għawdex.”
Id-Direttur ta’ Noovle International esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għall-espolarazzjoni ta’ opportunitajiet ġodda f’dan il-qasam, filwaqt li Francesca Caruso, id-Direttur ta’ Cartesio Ltd, tkellmet dwar is-sħubija bejn is-settur pubbliku u privat f’Malta.
Min-naħa tagħha, Claudia Borg, lettura tal-AI fl-Università ta’ Malta, tkellmet dwar kif, dan il-proġett jipprovdi pjattaforma tajba biex turi x-xogħol f’dan il-qasam.