Kolombjan ta’ tlieta u tletin sena nżamm arrestat, wara li ġie mixli li ppreżenta kuntratt tal-kera falz lill-aġenzija Identità, għall-permess tar-residenza tiegħu.
Viżibbilment emozzjonat, huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet miċħuda, hekk kif l-imputat m’għandux indirizz fiss.
F’każ separat, Kolombjana ta’ tmienja u ħamsin sena nżammet arrestata, wara li ġiet mixlija li ppreżentat kuntratt tal-kera falz lill-Aġenzija Identità.
Hija wkoll wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha.
Fil-Qorti ntqal kif l-imputata marret l-Aġenzija Identità ,iex tikseb permess ta’ residenza u wara li saru l-proċessi ta’ verifika, irriżulta li l-kuntratt tal-kera tal-imputata kien falz.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, liema talba sabet l-oġġezzjoni tal-Prosekuzzjoni, hekk kif l-istatus tal-imputata huwa illegali.
Iż-żewġ persuni nżammu arrestati, għal fini ta’ sigurtà nazzjonali.