“Qegħdin ngħixu f’reġjun Mediterranju li qiegħed jintlaqat bil-kbir mit-tibdil tal-klima. Fenomenu li llum sar realtà u għalhekk jeħtieġ li kemm Malta u l-Italja naħdmu iżjed flimkien biex il-Mediterran jibqa’ fost l-iżjed reġjuni kompetittivi fid-dinja turistika,” qal il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo waqt laqgħa bilaterali mal-Ministru għat-Turiżmu tal-Italja, Daniela Santanchè f’Baveno.
Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo qal li d-dikjarazzjoni ffirmata aktar kmieni din il-ġimgħa fil-Mediterranean Tourism Forum Ministers’ Summit trid tkun pjan ta’ azzjoni li permezz tiegħu Malta, l-Italja u l-kumplament tal-pajjiżi parteċipi jaħdmu iżjed flimkien speċjalment fl-iffaċilitar ta’ prattiċi sostenibbli u kooperazzjoni fid-dinja diġitali.
Din il-laqgħa bilaterali saret matul il-Forum Internationale del Turismo f’Baveno, l-Italja.