L-Għaqda tal-Pawlini flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata ddedikata lil San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta, ħabbru fi stqarrija li s-sena d-dieħla il-festa ddedikata lin-Nawfraġju ta’ San Pawl, ser tiġi ċċelebrata nhar is-Sibt 24 ta’ Frar.
Dan minħabba ċaqlieq li jseħħ minn żmien għal żmien fil-kalendarju tal-Knisja.
Nhar is-Sibt 24 ta’ Frar il-programm jiftaħ bil-Quddiesa Pontfikali ppreseduta mill-Eċċ. Tiegħu Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna flimkien mal-Kapitlu fid-9:30 ta’ filgħodu.
Fis-12.45 jingħata bidu għall-marċ tradizzjonali tas-Siegħa imtella’ millGħaqda tal-Pawlini bis-sehem tal-Banda tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette.
Il-qofol tal-festa jintlaħaq fil-5.30, hekk kif toħroġ il-purċissjoni Sinodali bil-vara ta’ San Pawl u r-relikwa tad-Driegħ Mirakoluż.
Jakkumpanjaw ilpurċissjoni, is-Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat flimkien mal-Banda tal-Għaqda Mużikali Beland taż-Żejtun.
Il-purċissjoni tgħaddi minn dawn it-toroq: Triq San Pawl, Triq San Duminku, Triq il-Merkanti, Triq it-Teatru l-Antik, Triq ir-Repubblika, Pjazza San Ġwann, Triq ilMerkanti, Triq Melita u Triq San Pawl.
F’nofs il-purċissjoni, issir l-iStqarrija tal-Fidi fi Pjazza San Ġwann immexxija mill-Arċipriet, il-Kan. David Cilia għall-ħabta tas-7.00 p.m.
Intant nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar, Lejliet il-Festa fis-7:30 ta’ filgħaxija, jsir il-marċ tradizzjonali ta’ lejliet il-festa bis-sehem tal-Banda tasSocietà Filarmonica Nazionale La Valette. Dan jintemm fl-inħawi talBarrakka t’Isfel fejn isir spettaklu pirotekniku tan-nar tal-ajru u tal-art.