Il-plejer tal-klabb tal-Boċċi ta’ Msida Joseph Tabone huwa ċ-champion ta’ Malta tal-Federazzjoni Boċċi hekk kif fil-finali Individwali li saret il-Ġimgħa filgħaxija fil-pitch ta’ Hal Għaxaq huwa għeleb lil Rodrick Abela (Birgu) bl-iskor ta’ 21-15.
Tabone b’hekk irrepeta s-suċċess tas-sena l-oħra u għalih din kienet it-tielet darba li sar champion ta’ Malta.
Il-finali rat lil Rodrick Abela jibda tajjeb u jmur 7-1 minn fuq. Iżda rimonta sabiħa ta’ Joseph Tabone ratu dawwar ir-riżultat favur tiehgħu biex finalment ħareġ rebbieħ.
Minkejja l-maltemp, il-finali kellha attendenza sabiħa. Finali li kienet ikkontrollata mir-referee Mario Enriquez.
Fi tmiem il-logħba, l-president tal-Federazzjoni Boċċi Clinton Saliba ippreżenta t-tazzi lir-runner up u lir-rebbieħ.