L-Uffiċju Metereoloġiku ħareġ twissija li l-qawwa tar-riħ illum se tlaħħaq dik ta’ riefnu.
Bħalissa r-riħ hu qawwi mill-Punent Majjistru u gradwalment ser jiżdied għal forza ta’ riefnu sa tard il-Ħadd filgħodu u mbagħad idur mill-Majjistral wara nofsinhar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sad-disa’ tal-lejla.
L-Uffiċċju tat-Temp qed juri wkoll kif illum it-temp se jkun pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet iżolati tax-xita li jsir ftit imsaħħab.
Kawża ta’ dan it-temp, il-Kumpanija Gozo Channel ħabbret li s-servizz tal-vapuri qed jopera minn wara Kemmuna. Dan filwaqt li l-Fast Ferries mhux jaħdmu.