Jean-Philippe Chetcuti rebaħ każ ta’ malafama kontra stazzjon tat-televiżjoni Franċiż li ħa filmati tiegħu mingħajr permess waqt diskussjoni rigward l-applikazzjoni b’rabta mal-programm ċittadinanza b’investiment.
Fil-Qorti tal-Appell Franċiż ġie ppreżentat il-filmat sħiħ bħala evidenza u li Chetcuti kien stqarr li r-rappurtaġġ dwaru kien iffabbrikat u meħud ‘il barra mill-kuntest li fih inġibed.
Għaldaqstant, wara li rat l-evidenza l-Qorti tal-Appell ikkonkludiet li l-allegazzjoni tal-ġurnalist kienu neqsin mill-evidenza u ta’ detriment għar-reputazzjoni ta’ Chetcuti, għaldaqstant ikkundannat mill-liġi fl-isfond ta’ imġieba diżonesta.
Għalhekk, l-istazzjon M6 instab ħati ta’ malafama u ordnat iħallas erbat elef ewro lill-Chetcuti u elfejn ewro oħra lill-kumpanija tiegħu.
Intant, aktar kmieni din il-ġimgħa, l-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni ma sabet l-ebda provi dwar xi att ta’ korruzzjoni mill-Ministri Owen Bonnici u Julia Farrugia Portelli b’rabta ma’ dan il-każ.