Żewġ żgħażagħ ta’ 17-il sena tpoġġew taħt ordni ta’ probation u ġew ordnati li jwettqu servizz fil-komunità, wara li nstabu ħatja li attakkaw grupp ta’ żgħażagħ u darbu ġuvni ta’ 15-il sena waqt li kisrulu siequ minn żewġ bnadi.
L-aggressjoni kienet seħħet fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta f’Jannar li għadda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huma kienu ammettew dawn l-akkużi u l-Maġistrat talbet sabiex isir pre-sentencing report.
Fis-sentenza tagħha l-Maġistrat Lara Lanfranco kkunsidrat li ż-żgħażagħ ammettew fi stadju bikri tal-każ, l-età żagħżugħa u l-fedina penali tagħhom.