Iżrael u l-Hamas qablu fuq ftehim li se jara mal-50 ostaġġ, fosthom nisa u tfal meħlusa minn Gaza fl-erbat ijiem li ġejjin. Tul dawn l-erbat ijiem il-ġlied bejn Iżrael u l-Hamas se jkun qed jieqaf.
Dan wara li kmieni l-Erbgħa filgħodu, l-Kabinett ta’ Iżrael approva dan il-ftehim. Ftehim li wasal wara sitt ġimgħat ta’ ġlied li ħalla eluf ta’ persuni mejta.
Apparti l-50 persuna fosthom trabi ta’ 3 snin, li se jkunu qed jinħelsu minn Gaza, il-Hamas qed issostni li se jinħelsu mal-150 Palestinjan li jinsabu nkarċerati f’Iżrael.
Huwa mifhum ukoll li l-Istati Uniti kellhom sehem importanti sabiex intlaħaq dan il-ftehim. Dan bl-involviment tas-Segretarju tal-Istat Anthony Blinken, il-Kap tas-CIA u l-President Joe Biden innifsu. Fil-fatt, il-President Iżraeljan Benjamin Netanyahu tenna li Biden tejjeb il-kundizzjonijiet ta’ dan il-ftehim.
Dan il-ftehim huwa kruċjali wkoll għall-Palestinjani f’Gaza hekk kif se jitħallew numru ta’ trakkijiet b’għajnuniet umanitarji, mediċi u fjuwils sabiex jidħlu fl-istrixxa ta’ Gaza biex jipprovdu l-għajnuna.
Partikolarment is-sostenn bil-fjuwil huwa mifhum li huwa kruċjali sabiex jerġgħu jqumu fuq saqajhom is-sistemi tal-isptarijiet fost oħrajn.