Weightlifters malti kisbu riżultati impressjonanti waqt il-Kampjonati tad-Dinja tal-Juniors tal-IWF li saru fi Guadalajara l-Messiku. It-team malti kien kompost mill-weightlifters żgħażagħ Tenishia Thornton, Rylee Borg u Kim Camilleri Lagana.
Kim Camilleri Lagana kellha riżultati sbieħ fil-kategorija 45A meta refgħet 58kg fl-iSnatch u 75kg fil-Clean & Jerk u temmet il-kompetizzjoni fl-għaxar post.
Min-naħa tagħha Tenishia Thornton bdiet tajjeb ħafna fil-kategorija 64B. Fl-iSnatch kellha refa’ ta’ 82kg, segwieta minn 85kg u temmet b’87kg. Riżultati li poġġewha fit-tielet post. Thornton kissret ukoll ir-rekords nazzjonali taż-żgħar u tal-kbar.
Fil-Clean & Jerk bdiet b’102kg iżda wara tilfet il-105kg kawża ta’ press out fuq il-minkeb tax-xellug. Għal Thornton dan kien pass ieħor importanti fit-tentattiv li tikseb il-kwalifikazzjoni għal-logħob olimpiku.
Il-weightlifter żagħżugħ l-ieħor Rylee Borġ ħa sehem fil-kategorija 81B. Huwa beda b’108kg. Wara li naqas li jagħmel il-111kg irnexxielu jirkupra sew tant li għamel refa’ ta’ 112kg. Fil-Clean & Jerk huwa beda b’135kg segwieta minn 139kg. Huwa temm bil-kbior meta għamel il-142kg. Borħ kellu l-aħjar riżultat personali overall bi 8kg filwaqt li rnexxielu wkoll jikser ir-rekords nazzjonali kollha tal-Youths u l-Juniors ta’ 81kg.
It-tliet weightlifters maltin fil-Mnessiku kienu taħt is-superviżjoni tal-kowċ Jesmond Caruana.
Il-parteċipazzjoni kienet possibli grazzi għall-għajnuna tal-Kumitat Olimpiku Malti, SportMalta u l-Federazzjonijiet Internazzjonali u Ewropeja tal-Weightlifting.