Is-sena li għaddiet l-istudenti li ġew jitgħallmu l-Ingliż f’Malta, iġġeneraw mal-€161 miljun. Dan ifisser 9.8% tan-nefqa mit-turisti kollha li żaru Malta.
Dawn iċ-ċifri ħarġu mir-rapport ta’ Deloitte li sar għall-Feltom, l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta għoxrin skola li jgħallmu l-Ingliż f’Malta.
Is-sena li għaddiet ġew pajjiżna studenti minn swieq ġodda bhal Kolombja, ir-Repubblika Ċeka, il-Brażil, it-Turkija u l-Korea t’Isfel.