Sebgħin fil-mija tal-Membri tal-Parlament Ewropew ivvotaw favur ir-rapport miktub u nnegozjat mill-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer f’isem is-Soċjalisti.
F’diskors fil-Parlament Ewropew, Engerer tenna li dan hu vot dwar jekk naqblux mal-eżistenza tal-Unjoni Ewropea, hekk kif il-Faxxisti fil-Parlament Ewropew iridu jeqirdu lill-Unjoni darba għal dejjem.
Hu sostna li għalhekk hu importanti li dak, li qbilna dwaru meta kull pajjiż minn tagħna ssieħeb fl-Unjoni Ewropea, infakkruh u nipproteġuh, għax mingħajr dak li hu bażiku – qafas legali Ewropew ugwali għal kulħadd – din ma tistax teżisti.
“Bħala persuna mill-iċken pajjiż u Membru Parlamentari Ewropew Laburista se nkompli nimbotta ’l quddiem il-konvinzjoni tagħna fil-proġett Ewropew”, ikkonkluda Engerer.