Festivals Malta ħabbret l-għoxrin kanzunetta semifinalista għall-festival lokali, Mużika Mużika, li se jsir bejn l-14 u s-16 ta’ Marzu 2024.
Il-kanzunetti huma dawn (f’ordni alfabetika skont l-isem tal-kanzunetta):
Isem tal-Kanzunetta | Artist/i | Kompożitur/i | Awtur/i |
3 ta’ Ġunju 2021 | Neville Refalo | Corazon Mizzi | Corazon Mizzi |
Dawk l-Għajnejn | Miguel Bonello | Gilbert ‘il- Bibi’ Camilleri u Miguel Bonello | Miguel Bonello |
Din Għalik | Moira Stafrace | David Cassar Torregiani, Toby Farrugia u Moira Stafrace | Gerard James Borg u Ryan Axisa |
Fil-Qrib | Cliff Zammit Stevens | Philip Vella | Joe Julian Farrugia |
Ġenna | Victoria | Cyprian Cassar | Lon Kirkop |
Ġranet Sbieħ | Mark Micallef Costa | Mark Micallef Costa, Gabrijel Mansueto, Roderick Borg u Stefan Grech | Mark Micallef Costa |
Grazzi | MARA | Philip Vella | Joe Julian Farrugia |
Ħolma ta’ Mument | Dario Bezzina | Philip Vella | Joe Julian Farrugia |
Iljun | Andreana DeBattista | Cyprian Cassar | Emil Calleja Bayliss |
Imħabba Vera | GIADA | Glen Vella | Philip Vella |
Imqar Għal-lejla | Megan May | Peter Borg, Megan May, u Aleandro Spiteri Monsigneur | Megan May |
Kewkba F’Tarf L- Irdum | Cherylis | Pamela Bezzina | Pamela Bezzina |
Kieku Kelli | Thea Aquilina | Cyprian Cassar | Cliff Casha Brincat |
Lulju | Karen Debattista | Karen Debattista | Mark Scicluna |
Meta Tridni Ħdejk | Qalb | Paul Giordimaina | Fleur Balzan |
Mhux Tal-Aħħar | Maxine Pace | Cyprian Cassar | Emil Calleja Bayliss |
Mingħajr Kliem | Keith Zammit Mintoff | Matthew James | Matthew James |
Paradoss | Haley | Cyprian Cassar | Emil Calleja Bayliss |
Vjagg Sabiħ | Kantera | Kantera u Micimago | Joe Julian Farrugia |
Waħdi | Janice Debattista | Philippa Naudi u Bettina Muchmore | Philippa Naudi u Bettina Muchmore |
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Frans Agius sostna li bħal kull sena, ir-rispons għal Mużika Mużika kien wieħed pożittiv ħafna, fejn bħas-snin ta’ qabel il-livell tal-entraturi kien wieħed għoli ħafna u ma kienitx faċli għall-ġurija indipendenti biex jintgħażlu l-20 kanzunetta semifinalista għall-edizzjoni li jmiss.