Fl-Italja, aktar minn mitejn persuna weħlu total ta’ aktar minn elfejn u mitejn sena ħabs bejniethom, dwar involviment fil-mafja.
Dan qed ikun meqjus bħala wieħed mill-akbar ġuri li qatt sar kontra l-mafja fl-Italja, bl-akkużi fost oħrajn huma ta’ estorsjoni u traffikar tad-droga.
Dawn huma parti mill-grupp mafjuż ‘Ndrangheta.
Fost dawk li weħlu sentenza ta’ ħabs hemm l-eks Senatur Giancarlo Pittelli, li kien parti mill-partit tal-eks Prim Ministru Taljan, Silvio Berlusconi. Miegħu hemm ukoll ħaddiema taċ-ċivil u professjonisti, li kienu kruċjali biex iżommu s-saħħa tagħhom f’dan il-pajjiż.
L-Imħalfin li ppresedew dan il-każ għandhom il-protezzjoni massima tal-Pulizija minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.