Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej, l-Arabic Culture Information Society b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali tal-Imsida, Ħal Safi u San Ġwann se jorganizzaw bazaar b’risq il-poplu f’Gaza.
Din l-attività se ssir quddiem il-Knisja tal-Imsida, fejn se jkun hemm fiera ta’ attivitajiet, fosthom ikel tradizzjoniali, oġġetti tad-dar u ħwejjeġ.
Il-qliegħ kollu minn din l-attività se jmur biex jgħin lit-tfal fl-Istrixxa ta’ Gaza, li bħalissa jinsabu jgħixu f’kundizzjonijiet mill-aktar ħżiena, kawża tal-gwerra fil-Lvant Nofsani.