Fl-elfejn tnejn u għoxrin, it-tfal f’pajjiżna kienu jammontaw għal kważi tnejn u tmenin elf. Dan joħroġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, fil-jum dinji għat-tfal.
Din tfisser żieda ta’ aktar minn ħamest elef u mitejn tifel u tifla fuq ħdax-il sena qabel. Dan meta fl-elfejn u ħdax, il-popolazzjoni tat-tfal kienet tkopri għal aktar minn sitta u sebgħin elf tifel u tifla.
Minn dawn iċ-ċifri ħareġ ukoll li s-sena t-total tat-tfal kien jammonta għal ftit aktar minn kważi ħmistax fil-mija tal-popolazzjoni f’Malta u f’Għawdex.
Jirriżulta li fix-Xlokk tal-pajjiż hemm l-aktar ammont ta’ tfal, bi sbatax fil-mija fost dawk li għandhom bejn it-tlieta u s-sbatax-il sena. Eżatt wara jiġu r-reġjuni tal-Punent u tat-Tramuntana tal-pajjiż b’aktar minn sittax fil-mija tat-tfal fil-pajjiż.
Dan filwaqt li l-inqas rata ta’ tfal ġiet irreġistrata fiż-żona tat-Tramuntana tal-Port, b’rata ta’ tlettax punt erbgħa fil-mija.
It-tfal fl-edukazzjoni formali kienu l-aktar subien, hekk kif jgħoddu għal aktar minn tlieta u tletin elf, waqt li l-bniet kienu jgħoddu għal kważi wieħed u tletin elf.