Msida rebħu t-Tazza tal-40 Anniversarju tal-Federazzjoni Boċċi meta fil-finali li ntlagħbet is-sibt filgħaxija għelbu lil Għaxaq bl-iskor ta’ 21-16. Il-finali ntlagħbet quddiem pubbliku numeruż fil-pitch ta’ St Peter’s Żabbar Boċċi Club.
Msida bdew tajjeb u saħansitra ħadu vantaġġ ta’ 13-1. Iżda ċ-champions tal-kampjonat tal-1 Diviżjoni Għaxaq, wettqu rimonta u għamlu l-punteġġ 16-13. Kien fl-aħħar ġugati li Msida għalqu l-logħba favur tagħhom.
It-team ta’ Msida kien kompost minn Joseph Tabone (captain), Paul Vassallo u Chris Mallia. Dak ta’ Għaxaq kien iffurmat minn Noel Axiaq (captain), Owen Bezzina u MIchael Buhagiar.
Il-finali kienet ikkontrollata mir-refree Rodney Randich mgħejjun mill-assistent Peter Cardona.
Fi tmiem il-finali saret il-preżentazzjoni mill-president tal-Federazzjoni Boċċi Clinton John Saliba.