Dik li bdiet minn ċajta bejn il-ħbieb, issa ħadet il-forma ta’ attività bl-isem ta’ The Barber Rumble’ u l-fondi kollha se jmorru għal-Puttinu Cares.
Grupp ta’ żgħażagħ li jiltaqgħu għand il-barbier, iddeċidew li jorganizzaw ħames ġliediet ta’ boxing u minkejja li mhumiex boxers professjonali, kollha kemm huma tħarrġu u tgħallmu t-teknika marbuta ma’ dan l-isport.
Lejlet l-attività għal din il-kawża ġusta, tkellimna ma’ dawn iż-żgħażagħ li se jkunu qegħdin jieħdu sehem f’din l-attività, kemm jekk se jiġġieldu, u anke referees.
Din l-attività se tiġi organizzat għada l-Ħadd, fil-Wise Guys Boxing and Intense Fitness Gym, f’Buġibba.