Raġel ta’ 26 sena residenti San Pawl il-Baħar qiegħed fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar żewġ sulari minn gallarija f’Marsaskala.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq is-Salini.
Fuq il-post assista tim mediku u ambulanza li kienet eskortata lejn l-istpar Mater Dei minn uffiċċjali ta’ Transport Malta li wkoll assistew fuq il-post.
Il-vittma ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia LL.D kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol, għadhom għaddejjin.