Huma ħarġu b’pakketti ta’ flashcards li jiġbru s-sillabu ta’ għaxar suġġetti u huma spjegati b’mod sempliċi fuq kull naħa ta’ dawn il-cards. Wieħed jista’ jagħmel użu minnhom anke biex ta’ kuljum jagħmel reviżjoni ta’ dak li jkun qed jistudja l-iskola filwaqt li huwa metodu aktar interattiv u li jinżel għasel ma’ dawk l-istudenti li l-metodu tradizzjoni tal-istudju mhux addatat għalihom.
Is-suġġetti offruti huma:
- Matematika
- Ingliż
- Malti
- Malti Letteratura
- Fiżika
- Bijoloġija
- Kimika
- Ekonomija
- Accounts
- Informatika
Wieħed jista’ jserraħ moħħu ukoll għall-kontenut li tpoġġa fuq dawn il-flashcards, hekk kif ġie ivverifikat mill-għalliema tal-istess skola. Filfatt, dawn jistgħu ukoll jiġu użati mill-għalliem fil-klassi.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/02/Flyer-2-1.pdf” title=”Flyer-2 (1)”]
Dawn l-istudenti ħasbu ukoll f’żgħażagħ li huma dyslexic u b’kollaborazzjoni ma’ grupp ta’ żgħażagħ, Dyslexic Teens Dialogue ivverifikaw li dawn il-flashcards huma addatati ukoll għal dawn l-istudenti. Apparti minn hekk, parti mill-qliegħ li l-grupp ta’ żgħażagħ qed jagħmlu minn dan il-prodott qed jissarraf f’aktar għajnuna finanzjarja lil din il-fondazzjoni biex tkun tista’ tkompli tgħin lil studenti dyslexic.
L-għan ewlieni wara dawn in-noti qosra huwa li jippreparaw lill-istudenti għall-eżamijiet tagħhom fl-inqas ħin. Meta wieħed juża dawn il-flashcards ikun kontinwament qed jeżamina lilu nnifsu fuq dak li taf jew ma tafx. Mekkaniżmu ta’ studju li jissejjaħ metacognition, li jgħinek tiftakar l-informazzjoni li tkun studjajt.
Apparti l-għaxar suġġetti offruti, dawn l-istudenti ħarġu b’numru ta’ flashcards oħra li jgħinu lil studenti dyslexic fl-ortografija u l-fonetika.
L-idea ta’ dawn l-istudenti sabet l-għajnuna mill-iskola De La Salle flimkien mal-Junior Achievement Young Enterprise u Dyslexic Teens Dialogue.
Il-prezz ta’ dawn in-noti qosra jibda minn €5.50 u jistgħu jiġu ordnati minn fuq din il-website.