Bjorn Formosa li qed jaffaċċja l-kundizzjoni serja tal-ALS, ftit tal-ġimgħat ilu ħabbar fuq is-sit soċjali facebook li kien se jagħmel operazzjoni hekk kif il-kundizzjoni tal-ALS daħlet f’fażi oħra, fażi li taffetwa l-muskoli u li kawża tagħha Bjorn ma jistax jiekol aktar. In-nifs tiegħu sejjer lura ħafna u kellu aħbarijiet negattivi. Bjorn, iż-żagħżugħ li ispira l-bosta u jservi ta’ kuraġġ għal kull wieħed u waħda minnha, qed jistenna li l-marda tisraqlu ħajtu bejn Awissu u Settembru.
Iżda huma l-bosta li jimpressjonaw ruħhom bil-kuraġġ ta’ Bjorn, fuq facebook ftit tal-jiem ilu filfatt poġġra ritratt tiegħu qabel ta eye gaze device, apparat li se jkun qed jagħti l-vuċi lura lil pazjent ieħor tal-ALS. Dan grazzi għall-ħidma tiegħu, tal-qraba u tal-ħbieb li ta’ kuljum jiġbor fondi biex dak li ma kellux hu, jagħtih lil ħaddieħor, biex fil-ftit żmien li fadallu huwa jibqa’ jagħmel il-ġid.
Huwa stqarr li “se nkun qed naħdem kuljum biex noffru l-aqwa servizz lill-pazjenti tal-ALS filwaqt li nkomplu naħdmu biex il-ħolma li niftħu dar għal persuni bil-kundizzjoni tal-ALS.”
Bjorn huwa determinat li jiġbor aktar flus biex pazjenti li se jħalli warajh b’din il-kundizzjoni jkollhom tama ġdida, tama li jfiequ u joħorġu minn din il-kundizzjoni.