Is-sess, suġġett li jinteressa lil ħafna iżda xorta waħda għadu tabboo. L-istess tabboo twassal biex dak li jkun jistħi u jżomm lura milli jitkellem u jistaqsi dwar is-suġġett anke jekk għandu xi problema jew mistoqsija relatata mas-sess. L-iskop tal-programm tan-Nejk hu biex ħafna minn dawn il-mistoqsijiet ikunu mwieġba b’mod apert u b’lingwaġġ li ser jifhem kulħadd.
L-orgażmu, il-pornografija, il-masturbazzjoni, il-fetishes, is-sex toys u l-fertilità huma uħud mis-suġġetti li Joseph Agius u t-terapista tas-sess Matthew Bartolo, flimkien mal-mistednin tagħhom ser jiddiskutu. Il-programm mhux immirat biss għal udjenza matura, iżda ħafna mis-suġġetti jappellaw ukoll għall-adoloxxenti li bla dubju għalihom dan ser ikun minjiera ta’ nformazzjoni.
Jekk tfal żgħar jistaqsuk xi mistoqsijja antipatka dwar is-sess, kif għandek twieġeb? Tajjeb li titkellem b’mod apert ma’ wliedek fuq is-suġġett? Jista jkollok relazzjoni ma’ xi ħadd li jidentifika bħala bisexual? Veru li l-irġiel jaħsbu fis-sess kull 7 sekondi? Jekk għamilt xi intervent mediku f’qalbek, il-ħajja sesswali tiegħek spiċċat? X’tista tagħmel jekk tixtieq tesperimenta ftit fis-sodda?
Dawn huma uħud mill-mistoqsjiet li ser ikunu diskussi u mwieġba fil-programmi divertenti u informattiv, Tan-Nejk.