Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, ħalef li daqt se jkun qed jibda jibni ħajt mal-fruntieri tal-Messiku “aktar kmieni minn kif kien skedat.”
Dan ħabbru Trump waqt diskors li ta f’avveniment konservattiv.
Waqt li kien qed jindirizza l-Kungress Politiku Konservattiv, wiegħed li se jkun qed ipoġġi liċ-ċittadini Amerikani l-ewwel u se jkun qed jibni “fruntieri mill-aqwa, mill-aqwa.”
Trump wiegħed ukoll li se jkun qed “jeħles minn persuni b’intenzjonijiet ħżiena.”