Diversi ħaddiema tar-Residenza San Vinċenz de Paul qattgħu għodwa jaħslu l-karozzi, f’attività organizzata b’risq Puttinu Cares.
Ilbieraħ, il-Ministru għall-Anzjanità Attiva, Jo Etienne Abela, ippreżenta s-somma ta’ €11,800 lil Puttinu Cares.
Dawn il-flus inġabru waqt din l-attività b’għan nobbli, li mhux biss għaqqdet lill-ħaddiema nfushom, iżda anki lir-residenti anzjani li spiss ikunu nvoluti f’attivitajiet b’kawżi ġusti, li fl-istess ħin iservu ta’ opportunità biex jieħdu gost flimkien u jgawdu l-kumpanija ta’ xulxin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI