Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Ivan Woods ħabbar l-skwadra finali tiegħu għaż-żewġ partiti li t-tim nazzjonali Malti se jilgħab matul din il-ġimgħa f’pajjiżna.
Malta tilgħab kontra l-Kazakhstan f’dik li se tkun il-ħames partita ta’ kwalifikazzjoni ta’ Grupp B tal-Kampjonati Ewropej 2025 nhar il-Ħamis fil-18.00 fit-Tony Bezzina Stadium filwaqt li l-Ħadd tilgħab konfront ta’ ħbiberija kontra l-Litwanja fit-Tony Bezzina Stadium ukoll.
L-iskwadra finali hija din:-
GOALKEEPERS – Reeves Cini (Pietà Hotspurs FC), Matthias Debono (Naxxar Lions FC), Hugo Sacco (Eastern New Mexico Univ. – USA).
DIFNSURI – Matthew Ellul (Żabbar St.Patrick FC), Jake Vassallo (Mosta FC), Owen Spiteri (Floriana FC), Deacon Abela (Swieqi United FC).
MIDFIELDERS – Jake Micallef (Leixoes S.C. – POR), Kurt Bondin (Żebbuġ Rangers FC), Andrew Borg (Gżira United FC), Bjorn Buhagiar (Żejtun Corinthians FC), Nick Cutajar (Melita FC), Nathan Agius (Mosta FC), Gianluca Sciberras (Mosta FC), Aleandro Garzia (Floriana FC), Matteo Gambin (Birkirkara FC), Karl Mohnani (Melita FC), Nikolai Micallef ((Naxxar Lions FC).
ATTAKANTI – Mattia Veselji (Floriana FC), Andrea Zammit (A.S.C. Messina – ITA), Jake Engerer (Sliema Wanderers FC), Shaisen Attard (Gudja United FC), Basil Tuma (Reading FC – ENG).