Raġel ta’ 47 sena mill-Qrendi tilef ħajtu wara li aktar kmieni dalgħodu ttajjar fit-Triq tal-Barrani, ż-Żejtun, direzzjoni nofsinhar.
Il-vittma ttajjar minn raġel ieħor ta’ 26 sena min-Naxxar, li kien qed isuq karozza tat-tip Toyota Vitz.
Fuq il-post assista tim mediku u l-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Hemmhekk ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji, iżda ftit tal-ħin wara tilef ħajtu
Dwar il-każ infetħet ukoll inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Martin Farrugia.
Konsegwenza tal-inċident ngħalqet it-triq.