Miriam Elabed ta’ 30 sena minn Birkirkara nżammet arrestata li nhar is-Sibt wettqet żewġ serqiet minn ħwienet f’Wied il-Għajn u Birkirkara.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-akkużata kienet armata b’sikkina u martell.
Intqal ukoll li waqt li kienet qed tipprova tisraq minn ħanut fil-Marsa, intervjenew xi persuni li kienu hemm u żammewha sakemm waslu l-Pulizija u arrestawha. Wara rriżulta li l-mara kienet l-istess waħda li qabel għamlet serqa minn ħanut f’Wied il-Għajn.
Fil-Qorti, l-imputata li qalet li ma taħdimx, wieġbet mhux ħajta.
RITRATT: TVM