L-awtoritajiet fl-istat Indjan ta’ Uttarakhand għaddejjin fi ġlieda kontra l-ħin biex isalvaw mal-erbgħin ħaddiema li jinsabu maqbuda taħt mina.
Il-ħaddiema kienu qed jibnu mina meta parti minnha ġġarrfet minħabba valanga.
Uffiċjal li għandu kuntatt mal-irġiel taħt l-art, qal li qed jingħataw l-ikel u l-ossiġnu.
Madanakollu, il-ħaddiema tas-salvataġġ għad iridu jħaffru metri sħaħ ta’ tifrik qabel jaslu għall-ħaddiema u jkunu jistgħu jsalvawhom.
Il-mina ta’ Silkyara fejn seħħ l-inċident, tifforma parti minn proġett tal-Gvern li għandu l-għan li jtejjeb il-konnettività għal żoni ta’ pellegrinaġġi f’Uttarakhand, hekk kif hemm diversi siti sagri għall-Hindus.