Ir-residenti tal-kapitali Indjana, Delhi, qamu għal dħaħen kbar fl-arja, hekk kif il-kwalità tal-ajra kompliet tiggrava wara l-festival ta’ Diwali.
Nies fil-belt sparaw xi murtali, minkejja projbizzjoni fuq in-nar tal-ajru minħabba l-livelli għoljin ħafna ta’ tniġġiż fl-arja.
Delhi ilha ġimgħat tiġġieled arja tossika kbar, bil-Gvern saħansitra ħabbar il-waqfien mill-iskola qabel iż-żmien għat-tfal fi sforz biex jiġu protetti ċ-ċkejknin.
Din il-belt tbati ħafna bit-tniġġiż fl-arja tul is-sena kollha, minħabba fatturi bħat-trab u emissjonijiet mill-karozzi, iżda fl-aħħar ġimgħat u xhur, is-sitwazzjoni marret għall-agħar.
Is-sitwazzjoni bħalissa kawża tal-murtali sparati fl-aħħar sigħat, qed tagħmilha diffiċli biex nies fil-belt jieħdu nifs barra.
Speċjalisti tal-pulmun jgħidu li n-nifsijiet ta’ persuna fil-kapitali Indjana tant hija tossika, li hija ekwivalenti daqs li kieku wieħed pejjep mat-tletin sigarett f’ġurnata.