L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-WHO qalet li l-isptar ta’ Al-Shifa f’Gaza m’għadux jiffunzjona bħala sptar.
Dan għaliex skont l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, il-bumbardamenti u sparar kontinwu fiż-żona, aggravaw iċ-ċirkostanzi li diġà kienu kritiċi tal-istess sptar.
Il-Ministeru tas-Saħħa f’Gaza qal li minn tal-inqas elfejn u tliet mitt ruħ għadhom ġol-isptar.
It-tobba qed jibżgħu li s-sitta u tletin tarbija tat-twelid li għandhom bżonn kura intensiva, ħa jmutu.
Iżrael għadu qed jinsisti li mhux jolqot l-isptar waqt il-ġlied.
Din il-gwerra bdiet fis-sebgħa t’Ottubru, u sa issa mietu aktar minn ħdax-il elf ruħ – fosthom eluf ta’ tfal.