Waqt spezzjoni tal-immigrazzjoni llum, numru ta’ persuni ġew arrestati wara li nstabu jgħixu b’mod irregolari fil-pajjiż.
Prinċiparjament dawn instabu f’Raħal Ġdid u fil-Fgura.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
In-nazzjonalitajiet ta’ dawn il-persuni huma Sirja, Somalia, Pakistan, Mali, Niġerja, Guinea, Gambja u Ghana.
Huma immedjatament ġew arrestati u qed jinżammu fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni, biex minnufih jibda l-proċess ta’ ritorn. Sa mill-bidu ta’ dan ix-xahar, ‘l fuq minn 75 persuna oħra ġew imkeċċija minn Malta, wara li nstabu jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari.