L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu Moody’s baxxiet ir-rating li tat lill-ekonomija tal-Istati Uniti.
Dan ir-rating qed jingħata fid-dawl ta’ nuqqas ta’ politika fiskali effettiva li tnaaqas l-infiq tal-Gvern Amerikan jew li żżid id-dħul tiegħu.
Moody’s qalet li qed tistenna li d-defiċit tal-Istati Uniti se jibqa’ mdaqqas u b’hekk se jkun qed inaqqas l-affordabilità tad-dejn.
It-teżor Amerikan rreaġixxa bil-kontra għal dak li ħarġet l-aġenzija Moody’s hekk kif tenna li l-ekonomija Amerikana għadha waħda b’saħħitha.