F’intervista esklussiva li għamel mal-BBC, il-President Franċiż Emmanuel Macron iddikkjara li Iżrael għandu jieqaf joqtol t-trabi u n-nisa ta’Gaza.
Waqt l-intervista li saret fil-Palazz Presidenzjali, hu stqarr kif m’hemm l-ebda ġustifikazzjoni għall-ibbumbardjar filwaqt li l-poplu Iżraeljan għandu kull dritt jiddefendi lilu nnifsu.
Hawnhekk irrimarka kif waqfien mill-ġlied għandu jkun ta’ benefiċċju għal Iżrael. Minn naħa l-oħra, Macron f’isem il-poplu Franċiż jikkundanna kull azzjoni terroristika tal-militanti tal-Hamas.
Macron qal ukoll li hi x-xewqa tiegħu li mexxejja tal-Punent oħra jingħaqdu miegħu f’din it-talba ta’ waqfien mill-ġlied, meta kien mistoqsi dwar dan.