Nhar il-Ħadd li ġej, Festivals Malta, permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali se tfakkar il-vittmi taż-żewġ Gwerer Dinjija fl-okkażjoni magħrufa bħala Jum it-Tifkira.
Għal din l-okkażjoni ser tkun konċelebrata quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta fid-9:30 ta’ filgħodu, b’din se tkun immexxija mill-Monsinjur Charles J. Scicluna – Arċisqof ta’ Malta.
Qabel il-quddiesa, il-President ta’ Malta jispezzjona l-Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta’ Malta, bis-sehem tal-Banda tal-Forzi Armati.
Wara l-quddiesa, fil-10:40 ta’ filgħodu, issegwi ċ-ċerimonja ta’ tifkira ħdejn il-Monument tal-Gwerra, fil-Furjana. Matul din iċ-ċerimonja jitqiegħdu kuruni tal-fjuri mal-Monument tal-Gwerra mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż u persuni distinti oħra.
Il-Forzi Armati ta’ Malta flimkien ma’ organizzazzjonijiet oħra jiffurmaw flimkien Gwardja tal-Unur għal matul iċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-kuruni.