Is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani hi riżultat tal-falliment kollettiv u morali, li qed iħallsu l-prezz għalih iċ-ċittadini. Dan intqal mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, Josep Borrell, f’konferenza annwali mal-ambaxxaturi tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
“The unfolding tragedy in the Middle East is the outcome of a collective political and moral failure, which the Israeli and the Palestinian people are paying a high price for. And this price will continue to increase if we refuse to see the situation as straightforward. This moral and political failure is due to a real lack of willingness to solve the Israeli-Palestinian problem.”
Josep Borrell – Uffiċjal Għoli tal-Politika Barranija tal-UEREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fid-diskors tiegħu, Borrell qal li dak li qed jiġri jista’ jibqa’ jikber jekk ma tkunx indirizzata s-sitwazzjoni.
F’dan id-diskors ta’ madwar tliet kwarti, Borrell tkellem ukoll dwar l-importanza tad-djalogu b’mod diplomatiku biex jingħelbu l-isfidi preżenti.
Preżenti għal din il-konferenza annwali kien hemm il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, li x-xahar li għadda marret mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen f’Iżrael, fi żjara li qanqlet rabja kbira, wara li xaqilbu favur l-azzjonijiet Iżraeljani.
Huma ħadu din il-pożizzjoni minn jeddhom mingħajr ma tkellmu mal-istituzzjonijiet Ewropej u l-istati membri. Membri Parlamentari Ewropej ukoll talbu għar-riżenja tal-President tal-Kummissjoni Ewropea u qed imexxu petizzjoni biex tiġi sfiduċjata.
Fl-aħħar jiem, Metsola wkoll ġiet ikkritikata li għandha d-demm fuq idejha tal-ġenoċidju tal-innoċenti Palestinjani, inkluż f’pajjiżna.