Jum ieħor u kompla t-taħwid dwar il-politika ekonomika tal-islides tal-Partit Nazzjonalista li ħareġ ta’ malajr qabel ġie ppreżentat il-baġit għas-sena d-dieħla.
Dan hekk kif il-partit ta’ Bernard Grech permezz tal-midja tiegħu rrefera għal pre-budget document, meta kien propju sena ilu li ħareġ dan id-dokument qabel il-Baġit u din is-sena ħareġ erba’ slides.
Il-midja Nazzjonalista nqabdet issaqsi lill-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri, b’dan tal-aħħar jinnota li l-Partit Nazzjonalista ma ħareġ l-ebda dokument ta’ qabel il-baġit.
SILVIO SCHEMBRI: “Jien nifhem li inti ġurnalist, inti għedtli naqra l-pre-budget document. Taf li l-Partit Nazzjonalista m’għamilx pre-budget document? Xi pre-budget document?”
ĠURNALIST: “Għamel, ippubblikah.”
SILVIO SCHEMBRI: “Sejjer żball ta. Nifhem li forsi għadek ġdid, imma sejjer żball għaliex il-Partit Nazzjonalista m’għamilx pre-budget document. Jiġifieri għamel ir-riċerka tiegħek u tirrealizza li l-Partit Nazzjonalista m’għamilx pre-budget document.”
L-aħħar dokument ta’ qabel il-baġit mill-Partit ta’ Bernard Grech sar is-sena l-oħra, bil-midja indipendenti kienet sejħitlu bħala “mess” u dis-sena ma għamel xejn.
Imbagħad dis-sena, fis-suppost viżjoni bl-islides fuq powerpoint presentation, il-Partit Nazzjonalista, għal aktar minn darba, inqabad mingħajr fatti bażiċi.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kelliema responsabbli mill-Ekonomija u l-Finanzi weħlu meta ġew mistoqsija minn ONE News dwar il-bażiku.
Dan hekk kif staqsejna kemm il-Partit Nazzjonalista se jkabbar l-ekonomija b’din il-viżjoni tal-islides.