Il-Kummissjoni Ewropea appellat biex il-mexxejja Ewropej jibdew in-negozjati biex l-Ukrajna u l-Moldova eventwalment jissieħbu fl-Unjoni Ewropea.
Dan hekk kif il-Kummissjoni Ewropea tenniet li ż-żewġ pajjiżi għaddej bir-riformi neċessarji.
Dawn id-diskussjonijiet formali jistgħu jibdew fis-Summit tal-Kunsill Ewropew li jmiss, li se jsir ix-xahar id-dieħel. Dan jekk ikun hemm qbil unanimu bejn l-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea saħqet li l-proċess ta’ sħubija għadu jibqa’ skont il-mertu u m’hemmx data sa meta dawn il-pajjiżi se jissieħbu b’mod uffiċjali fl-Unjoni Ewropea.