Il-Ġnus Magħquda akkużat b’reati ta’ gwerra kemm lill-Iżrael u anki l-Hamas.
Din il-kundanna għaż-żewġ naħat ġiet mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Ġnus Magħquda Volker Türk.
Il-kundanna kontra l-grupp Hamas hija li baqa’ jżomm l-ostaġġi Iżraeljani, issa għal aktar minn xahar.
Waqt li l-Iżraeljani wkoll qed jiġu kkundannati b’reati tal-gwerra minħabba li qed jikkastiġa lin-nies ċivili fil-Palestina, b’mod partikolari fl-Istrixxa ta’ Gaza. Dan filwaqt li l-Iżrael qed tisforza lin-nies jimxu min-naħa għal oħra ta’ Gaza.
Volker Türk appella biex immedjatament ikun hemm waqfien mill-ġlied, kemm mill-Iżrael u anki mill-Hamas, biex ma jkunx hemm aktar telfien ta’ ħajjiet.
Waqt li s-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, Antonio Guterres tenna li l-ammont ta’ nies ċivili li nqatlu f’Gaza juri li hemm xi ħaġa ħażina fl-operazzjoni militari tal-Iżraeljani.