L-Erbgħa, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident tat-traffiku fi Triq R. Caruana Dingli, San Ġwann.
Minnufih il-pulizija ,marret fuq il-post u minn stħarriġ preliminari irriżulta li seħħet ħabta bejn vann Toyota Regius misjuq minn raġel ta’ 38 sena residenti Marsaskala u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 54 sena residenti s-Siġġiewi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.