In-numru ta’ tfal li nqatlu mit-truppi Iżraeljani f’Gaza tela’ għal 4,100.
Dawn jiffurmaw parti mill-10,300 persuna li mis-7 ta’ Ottbru sal-lum inqatlu fil-Palestina.
F’aktar żviluppi mil-Lvant Nofsani, il-Ministru tad-Difiża Iżraeljan qal kif it-truppi tagħhom daħlu u jinsabu fil-qalba ta’ Gaza u l-preżenza tagħhom issa tinsab min-nofshinar sat-tramuntana tal-istrixxa.
Il-midja internazzjonali rrappurtat kif il-Hamas qalu li mijiet ta’ djar ġew ibbumbardjati matul il-lejl li għadda, b’rapporti jgħidu li n-numru tal-mejta baqa’ tiela b’rata mgħaġġla ħafna – inkluż nisa u tfal.
Illum infetħet ukoll rotta sabiex minnha jgħaddu b’mod sigur dawk li jridu jitilqu min-naħa għal oħra f’Gaza.
Il-grupp tal-mexxejja tal-G7, li jinkludi lir-Renju Unit u l-Istati Uniti, għal darb’oħra sejjaħ għal waqfien temporanju biex tkun tista’ tiddaħħal l-għajnuna umanitarja għall-Palestinjani maqbuda.
Intant, il-Kap tal-militar Iranjan il-Hezbollah f’intervista qal li l-attakki tal-Iżrael se jwasslu biex teskala gwerra reġjonali fil-Lvant Nofsani; li tista’ twassal għal konsegwenzi ferm koroh madwar id-dinja.