Ottubru ġab fi tmiemu l-istaġun tas-sajf għall-industrija tal-avjazzjoni.
Tul dan ix-xahar, aktar minn seba’ mija u sebgħin elf passiġġier għaddew mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta; żieda ta’ kważi għaxra fil-mija meta mqabbel mal-livelli tal-elfejn u dsatax.
Id-domanda b’saħħitha għall-ivvjaġġar matul Ottubru wasslet biex imtlew kważi ħamsa u tmenin fil-mija tas-seats fuq l-ajruplani.
L-aqwa swieq għal Ottubru kienu l-Italja, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, Franza u Spanja.
Ir-riżultati b’saħħithom li ġew irreġistrati bejn Jannar u Ottubru, flimkien mal-prospetti pożittivi għal Novembru u Diċembru, wasslu lill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex jirrevedi t-tbassir tat-traffiku tiegħu. Fil-fatt sal-aħħar ta’ din is-sena l-ajruport Malti qed ibassar li se jilqa’ seba’ punt tmien miljun passiġġier.