Fir-Replika tiegħu b’rabta mal-Baġit għas-sena d-dieħla, il-Prim Ministru Robert Abela sostna l-importanza ta’ aktar miżuri li jassiguraw l-investiment fis-settur tas-saħħa.
Fost oħrajn irrimarka l-importanza ta’ prezzijiet ġusti b’rabta mal-mediċini fi sfond ta’ numru ta’ żidiet qawwija ta’ mediċini li ddaħħlu fil-formularju tal-Gvern.
Dr Abela spjega anke l-ħidma tal-Gvern b’rabta mal-preżżijiet tal-mediċini fl-aħħar xhur.
“Minn settembru sal-lum dan l-eżerċizzju li sar mill-Medicines Authority u l-MCCAA wassal għal roħs f’erbgħa u ħamsin mediċinali. Roħs li saħansitra jlaħħaq it-53%.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Il-Prim Ministru indirizza wkoll l-aħħar żviluppi b’rabta mal-konċessjoni tal-isptarijiet.
Hu kompla jiċċara l-fatti quddiem rettorika mimlija gideb u intiża biex tħawwad mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista.
“Għas-sena d-dieħla, Sur President. Il-vot rikkorenti huwa ta’ kważi ħamsa u sebgħin miljun ewro. Fl-aħħar sena ta’ Steward, 2022, il-vot rikorenti kien ta’ disa’ u sittin miljun, jiġifiri kellna nallokaw sitt miljun ewro iżjed. Dakinhar għaliex l-amministrazzjoni tal-isptarijiet kienet f’idejn Steward, l-investiment kapitali kien f’idejhom. Għas-sena li ġejja, għal l-investiment kapitali kelna nallokaw għaxar miljun ewro oħra. Jiġifiri kellna nallokaw ħamsa u tmenin ewro kontra disa’ u sittin miljun ewro li allokajna għal l-aħħar sena ta’ Steward, minbarra l-pagi. Da messek għidtilhom lin-nies Sur Kap tal-Oppożizzjoni.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Filwaqt li pponta lejn aktar investiment fis-settur tas-saħħa fosthom bir-rivoluzzjoni fil-kura primarja, il-Prim Ministru emfasizza aktar investiment f’oqsma separati iżda daqstant importanti fosthom l-edukazzjoni.
Hawn irrimarka l-importanza tal-għaqal lil hinn min dak li tipprova tgħid l-Oppożizzjoni.
“L-għaqal mhux qamel. L-għaqal ifisser li tagħeml prijoritajiet ta fejn se tinvesti u liema proġetti hemm l-aktar bżonnhom. Ftaħna skejjel ġodda li huma state-of-the-art. Mhux waħda, ftaħna tlieta Sur President. Imbgħad ilbieraħ ikollu l-wiċċ jgħidilna li tajna laqgħa zebgħa.Staqsi lit-tfal u I-ġenituri, staqsi lill-għalliema, staqsi lill-President tal-Kumissjoni Ewropea ħalli tgħidlek uwx laqgħa żebgħa tajnihom!
Il-Prim Ministru Robert Abela