Fiż-żjara tiegħu fil-Korea t’Isfel, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg kellu laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ dan il-pajjiż, Park Jin.
Wara li fl-aħħar jiem intlaħaq ftehim ta’ koperazzjoni fis-settur tat-turiżmu, il-Ministru Borg kompla bid-diskussjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi, fejn diġà teżisti koperazzjoni b’saħħitha ħafna.
Malta u l-Korea t’Isfel stqarrew li jemmnu li hemm ħafna iżjed fejn it-tnejn jistgħu jibbenefikaw minn xulxin politikament u diplomatikament.
Tkellmu wkoll dwar ix-xogħol li qed isir fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, hekk kif il-Korea t’Isfel se tkun qed tingħaqad ma’ pajjiżna bħala membru elett ta’ dan il-kunsill.
Il-Ministru Park Jin irringazzja lill-Ministru Borg taż-żjara tiegħu, għax qal li turi l-impenn li għandu pajjiżna għal kollaborazzjoni aktar viċina.