Il-Prim Ministru Robert Abela għaddej bid-diskors tiegħu fil-Parlament dwar il-Baġit 2024, bit-tema ‘Malta Ġusta’.
Wara dan id-diskors, isegwi bullettin tal-aħbarijiet ta’ ONE News.
Wara l-bullettin tal-aħbarijiet, l-istazzjon ONE se tkompli x-xandira speċjali, bi programm speċjali ppreżentat minn Claudia Cuschieri.
Apparti t-televiżjoni, se jkun hemm aġġornamenti diretti wkoll fuq is-sit ONE.com.mt.
Ilbieraħ fl-ewwel reazzjoni tiegħu għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela tenna li d-diskors ta’ Bernard Grech “kien wieħed mill-iktar diskorsi negattivi li qatt smajt u nieqes minn kull forma ta’ viżjoni għal pajjiżna.”
Dr Abela sostna li llum se juri kif il-baġit għas-sena d-dieħla se joffri l-bażi għal Malta Ġusta.
AQRA AKTAR: