Għat-tieni sena konsekuttiva d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech, tant m’offra xejn ġdid li l-midja indipendenti lanqas kellha domandi x’tistaqsi lill-Kap tal-Oppożizzjoni fil-konferenza tal-aħbarijiet li għamel immedjatament wara.
Saħansitra lanqas biss attendiet għall din il-konferenza tal-aħbarijiet, għal kuntrarju għal dik indirizzata mill-Prim Ministru Robert Abela wara l-Baġit fejn dam iwieġeb id-domandi sa tard bil-lejl.
Din xi ħaġa li bdiet tiġri fl-aħħar snin taħt it-tmexxija ta’ Bernard Grech, fejn id-diskorsi tant ikunu prevedibbli u ma joffru xejn ġdid li jkun hemm nuqqas ta’ interess u ftit dwar xi jsiru d-domandi. Biex imbagħad fejn saru d-domandi, mill-istazzjon nazzjonali u mill-ONE , Bernard Grech ħarab għal kollox. Anke jekk id-domandi ta’ TVM kienet waħda sempliċi fejn staqsewh kif fassal u se jimplimenta din is-suppost viżjoni.
Iżda, ladarba viżjoni ma preżentax allura ma setax iwieġeb.